PR210737: B'Sodisfazzjon qed jieħu nota tar-rakomandazzjonijiet tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ..

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji b’sodisfazzjon qed jieħu nota tar-rakomandazzjonijiet tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat dwar l-avviż legali L.N 371 tal-2020 u l-avviż legali L.N 390 tal-2020.

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ikkonsulta ma’ mijiet ta’ għaqdiet volontarji reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Settur tal-Volontarjat dwar il-liġi li tirregola dan il-qasam.

Issa, li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat rersaq ‘il quddiem bil-proposti tiegħu, is-Segretarjat Parlamentari qed jieħu nota ta’ dawn ir-rakomandazzjonijiet sabiex iwitti t-triq ‘il quddiem sabiex ikompli jissaħħaħ is-settur tal-volontarjat u jindirizza t-tħassib tal-istess għaqdiet volontarji.

Flimkien mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat se nibqgħu naħdmu għall-ġid tas-settur fejn bil-fatti, fl-aħħar żminijiet, kien hemm investiment dirett bla preċedent, liema investiment jiġi amministrat b’mod indipendenti mill-istess Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

It-tfassil tal-avviż legali kien u għadu bl-intenzjoni li jsaħħaħ it-trasparenza fis-settur volontarju.