Investiment ta’ €30,000 f’xogħol ta’ tisbiħ f’‘Dar il-Fjuri’ tal-Aġenzija Sapport f’Għawdex

PR211720: Investiment ta’ €30,000 f’xogħol ta’ tisbiħ f’‘Dar il-Fjuri’ tal-Aġenzija Sapport f’Għawdex Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli żaret ‘Dar il-Fjuri’ li l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-ministeru, għandha fir-Rabat, Għawdex, u li fiha jgħixu disa’ persuni b’diżabilità. Dar il-Fjuri tnediet fis-sena 2016 bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta. Fil-preżent, għaddej...

Investiment f’31 frame speċjalizzat għal tfal b’diżabilità biex ikunu jistgħu jilagħbu l-football

PR211691: Investiment f’31 frame speċjalizzat għal tfal b’diżabilità biex ikunu jistgħu jilagħbu l-football Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima u l-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar ħabbru li b’għajnuna finanzjarja ta’ €21,000 lil Frame Football Malta setgħu jinxtraw...

Residenza ġdida f’Ħal Kirkop għal persuni b’diżabilità

PR211672: Residenza ġdida f’Ħal Kirkop għal persuni b’diżabilità B’investiment ta’ €1.3 miljun il-gvern se jkun qed jibni f’Ħal Kirkop residenza ġdida għal persuni  b’diżabilità. Ir-residenza se tkun tista’ tilqa’ fiha tmien residenti u se tkun it-tieni waħda tax-xorta tagħha fl-istess lokalità. Dik preżenti jgħixu fiha tliet residenti.Ħabbret dan il-Ministru għall-Inklużjoni...

Jintemm il-kors intensiv tas-sajf għal tfal b’diżabilità f’Għawdex – deskritt bħala suċċess

PR211656: Jintemm il-kors intensiv tas-sajf għal tfal b’diżabilità f’Għawdex – deskritt bħala suċċess Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli attendew għall-għeluq tas-Summer Intensive Course for Children. Dan il-kors, li attendew għalih 24 tifel u tifla li għandhom firxa ta’ diżabilitajiet differenti, ġie...

L-Aġenzija Sapport żiedet is-servizzi minkejja l-pandemija Covid-19

PR211627: L-Aġenzija Sapport żiedet is-servizzi minkejja l-pandemija Covid-19 Minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19 wasslu għal tibdil, fosthom fil-mod kif l-Aġenzija Sapport twassal is-servizzi tagħha lil persuni b’diżabilità, ir-rapport ta’ ħidma tagħha għas-sena 2020 juri li r-reżiljenza u l-flessibilità tagħha kienu strumentali biex is-servizzi mhux talli ngħataw talli anke...

Tinfetaħ dar ġdida għal tfal b’diżabbiltà

PR211610: Tinfetaħ dar ġdida għal tfal b’diżabbiltà B’investiment kapitali ta’ aktar minn €200,000, l-organizzazzjoni mhux governattiva ‘Embrace Diversity’ fetħet dar ġdida f’Baħar iċ-Ċagħaq għal tfal b’diżabbiltà.Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli żaret dan iċ-ċentru u rat ix-xogħol li sar u li għadu għaddej fuq il-post kif ukoll is-servizzi...

Jibda l-proċess biex jibdew jinbidlu l-uċuħ tal-grounds tal-futbol

PR211555: Jibda l-proċess biex jibdew jinbidlu l-uċuħ tal-grounds tal-futbol Sa nofs is-sena d-dieħla mistenni li jkunu nbidlu l-uċuħ tat-turf sintetiku ta’ tliet grounds tal-futbol filwaqt li ground ieħor ikun sarlu l-wiċċ għall-ewwel darba, b’hekk ikun beda jiġi implimentat ftehim, b’investiment ta’ €6 miljuni, li permezz tiegħu fuq medda ta’ tmien...

Aġenzija Żgħażagħ tiċċelebra l-10 snin mit-twaqqif tagħha fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ

PR211516: Aġenzija Żgħażagħ tiċċelebra l-10 snin mit-twaqqif tagħha fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ bit-tema ‘Transforming Food Systems: Youth Innovation for Human and Planetary Health’, ġew iċċelebrati l-għaxar snin mit-twaqqif ta’ Aġenzija Żgħażagħ, li taw ħarsa lejn il-kisbiet u x-xogħol imwettaq matul dawn is-snin.Bħala parti mill-ħidma tagħha, Aġenzija...

Ippreżentat ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità

PR211464: Ippreżentat ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Sa tmiem is-sena 2020 il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD) kellha reġistrati magħha 19,705 persuni b’diżabilità, bl-akbar ammont minnhom (15,268) b’diżabilità fiżika.Dan jirriżulta mir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għas-sena 2020 li ġie preżentat lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni...

Investiment ta’ €25,000 f’faċilità għall-eżerċizzju fiżiku fil-miftuħ fl-Imqabba

PR211424: Investiment ta’ €25,000 f’faċilità għall-eżerċizzju fiżiku fil-miftuħ fl-Imqabba Investiment ta’ €25,000 mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, bis-sehem ta’ SportMalta u tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, wassal biex parti minn Ġnien Tfal ir-Raħal fl-Imqabba tinbidel f’faċilità għall-eżerċizzju fiżiku li minnha se jibbenefikaw b’mod partikolari t-tfal u l-ġenituri...