DIPARTIMENTI U ENTITAJIET

Aġenzija Sapport

Aġenzija Sapport hija impenjata li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità permezz ta’ appoġġ personalizzat, għarfien espert u promozzjoni innovattivi. L-Aġenzija tipprovdi lill-persuni b’diżabilità b’appoġġ aktar milli kura, sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-indipendenza bl-aħjar mod possibbli, ikomplu jgħixu fil-komunità u jirċievu appoġġ kif u meta meħtieġ.

Aġenzija Żgħażagħ

L-Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi liż-żgħażagħ il-ħin u l-ispazju biex jagħmlu ħbieb, jitgħallmu abilitajiet ġodda u jiżviluppaw it-talenti tagħhom permezz tas-servizzi reġjonali għaż-żgħażagħ u l-programmi estensivi. L-għan tal-aġenzija hu li timmaniġġja, timplimenta u tikkoordina l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ u tippromwovi u tassisti l-interessi taż-żgħażagħ. Il-programm ta’ tisħiħ jipprovdi liż-żgħażagħ bi proġetti u attivitajiet fl-arti viżwali, mużika, teatru, film, kitba, u impenn ċiviku u politiku fil-livelli lokali u Ewropew; kif ukoll appoġġ għall-organizzazzjonijiet volontarji taż-żgħażagħ. L-aġenzija tipprovdi programm, Youth.inc, li hu ddedikat għaż-żgħażagħ li jesperjenzaw diffikultajiet fl-edukazzjoni u t-tranżizzjoni għall-ħajja tax-xogħol. Is-servizzi reġjonali għaż-żgħażagħ jipprovdu attivitajiet fil-Youth Cafés, fil-Youth Hubs, skejjel u ċentri ta’ attività għaż-żgħażagħ f’Ħad-Dingli, St Venera u M’Xlokk.

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hija impenjata li tagħmel lis-soċjetà Maltija waħda inklużiva, b’mod li l-persuni b’diżabilità jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fl-aspetti kollha tal-ħajja, billi jgawdu kwalità għolja ta’ ħajja bis-saħħa ta’ opportunitajiet indaqs. Fit-twettiq ta’ din il-missjoni, is-CRPD taħdem sabiex telimina kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni soċjali diretta jew indiretta kontra l-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom filwaqt li tipprovdilhom l-assistenza u s-sapport meħtieġ.

Kunsill Malti għas-Setturi Volontarji

Il-Kunsill Malti għas-Setturi Volontarji huwa l- “Operatur” tas-settur u għandu l-għan li jappoġġja l-iżvilupp ta’ settur volontarju u komunitarju aktar effettiv u effiċjenti f’Malta u Għawdex permezz ta’ firxa ta’ servizzi tal-appoġġ u “capacity-building” li jinkludu informazzjoni, pariri u taħriġ. Barra minn hekk, l-MCVS tamministra u tħallas l-assistenza finanzjarja tas-Settur li hija meqjusa essenzjali għall-operat u t-tkabbir tal-istess settur. L-għan tal-MCVS hu li tappoġġja l-iżvilupp ta’ settur volontarju u komunitarju aktar influwenti u koeżiv f’Malta u Għawdex billi tiffaċilita n-netwerking u s-sħubija fi ħdan is-settur, u bejn l-istess settur u s-setturi kemm dawk privati u pubbliċi.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji huwa l-awtorità kompetenti tas-settur u “Regolatur” legali. Dan twaqqaf permezz tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji tal-2007 bil-kompitu li jsaħħaħ is-settur tal-volontarjat permezz ta’ diversi inizjattivi bl-għan speċifiku li jippromwovi l-ħidma tajba tal-Organizzazzjonijiet Volontarji kif ukoll li jiżgura li jaderixxu mal-Att msemmi u mal-leġiżlazzjoni sussidjarja relatata mas-settur. L-Uffiċċju huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Volontarji u kif ukoll għall-konformità kontinwa bil-għan ewlieni li jkun hemm settur ibbażat fuq l-għarfien, trasparenza u responsabbilita. Barra minn hekk, peress li l-uffiċċju tal-Kummissarju huwa wkoll l- “Awtorità Regolatorja responsabbli għal dan is-Settur”, huwa jagħmel ħiltu biex jimmonitorja u jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Organizzazzjonijiet Volontarji kif ukoll jappoġġjahom.

L-Uffiċċju tal-Bord dwar il-Kustodja

L-Uffiċċju tal-Bord dwar il-Kustodja jagħti informazzjoni dwar il-Leġislazzjoni u il-proċess tal-applikazzjoni. Iservi wkoll bħala punt ewlieni ta’ informazzjoni dwar materji li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri relatati mal-ħatra ta’ Gwardjani, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Gwardjani u dak li jiġri ladarba tingħata ordni.

SportMalta

L-għan ewlieni ta’ SportMalta huwa li jispira l-Maltin u l-Għawdxin u jittrasforma n-nazzjon permezz tal-isport. Permezz ta’ innovazzjoni, divertiment u esperjenzi sportivi sinifikanti, il-missjoni ta’ SportMalta hija li tilħaq u sservi lill-komunitajiet madwar il-pajjiż b’passjoni u kburija. Il-mandat imur lil hinn mir-rebħ tal-midalji. SportMalta tuża l-isport biex toħloq opportunitajiet sportivi akbar u aċċess, aktar inklużiva u integrazzjoni kif ukoll żvilupp usa’ tal-kapaċitajiet. SportMalta taħdem ma’ netwerk vast ta’ msieħba fis-settur pubbliku u privat għal individwi biex jgħixu aħjar permezz tal-isport.

Bil-għan li tiġi żgurata kwalità ta’ ħajja aħjar permezz tal-provvista ta’ benefiċċji soċjali adegwati għal individwi u familji fil-bżonn; servizzi ta’ għajnuna soċjali ta’ kwalità; akkomodazzjoni diċenti; kura adegwata fit-tul u servizzi ta’ kwalità għall-anzjani b’enfasi qawwija fuq ix-xjuħija attiva; u s-salvagwardja ta’ opportunitajiet indaqs.