PR220507: Fondazzjoni Sagħtar tniedi app għas-Sagħtar b’investment ta’ €20,000 mill-iskema VOPS

Ir-rivista popolari Sagħtar maħruġa mill-Fondazzjoni Sagħtar nediet applikazzjoni diġitali. Din l-inizjattiva saret
b’investment ta’ €20,000 mill-Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS), maħruġa mill-Ministeru għall-
Inklużjoni, Għaqdiet Volontarji u Drittijiet tal-Konsumatur.

Fid-diskors tagħha l-Ministru għall-Inklużjoni, Għaqdiet Volontarji u Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia
Portelli rrimarkat li l-attività tal-lum hija waħda kemm nostalġika u innovattiva, għall-fatt li r-rivista Sagħtar
tieħu lil eluf ta’ adulti lura lejn tfulithom fuq il-bankijiet tal-iskola. Il-Ministru Farrugia Portelli aċċennat li skema
bħalma hija l-VOPS tinċentiva u tgħin lill-għaqdiet volontarji biex ikunu sostenibbli u jkomplu jiġġeddu. Il-
Ministru kompliet tgħid li permezz tar-rivista, l-MUT u Fondazzjoni Sagħtar qegħdin ikunu ambaxxaturi għallqalba
diġitali. “Illum is-Sagħtar, wara 51 sena u kważi 370 pubblikazzjoni, se jkun qed ikompli jiġġedded u
jagħmel qabża oħra fid-dinja diġitali.”

Il-Ministru Farrugia Portelli fakkret li s-Sagħtar mhux sempliċiment rivista iżda legat u investiment dirett fillingwa
Maltija u l-imħabba lejn il-qari. Il-Ministru rringrazzjat u faħħret lill-MUT u lil Fondazzjoni Sagħtar għattiġdid
li qegħdin iwettqu biex is-Sagħtar jibqa’ jinkoraġġixxi lit-tfal ikattru l-imħabba tagħhom lejn il-lingwa
Maltija.


Elaine Germani, iċ-Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar, spjegat li din l-app li hija b’xejn, hija kontinwazzjoni
naturali tal-proġetti mwettqa mill-Fondazzjoni sabiex is-Sagħtar jasal għand it-tfal tal-lum. “Mit-twaqqif tal-
Fondazzjoni kellna idea ċara li s-Sagħtar ma jistax jibqa’ biss rivista stampata imma rridu nagħmlu qabża fitteknoloġija
sabiex nilħqu aktar tfal. Apparti r-rivista kif nafuha, permezz tal-app ser ikunu jistgħu wkoll jisimgħu
stejjer bil-Malti waqt li qegħdin jaqrawhom, flimkien ma’ numru ta’ features oħra ġodda. Nittamaw li t-tfal u lġenituri
tagħhom jilqgħu din l-istedina tagħna sabiex flimkien inkomplu nħeġġu l-gost tal-qari u t-tagħlim bil-
Malti.”

Marco Bonnici, President tal-MUT, irringrazzja lill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat tal-fondi sabiex
twettaq dan il-proġett. “Permezz ta’ dawn il-fondi, Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, qed tkompli twettaq liskop
ewlieni, jiġifieri li taqdi funzjoni soċjali u edukattiva fost l-edukaturi u l-istudenti Maltin u Għawdxin.
Bħala MUT ser inkomplu nsostnu l-ħidma tal-Fondazzjoni għal dawn l-inizjattivi, li huma parti mir-rwol
professjonali li l-Union tħaddan, apparti r-rwol trejdjunjonistiku.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) Mauro Pace Parascandolo qal li “wieħed millgħanijiet
ewlenin tal-MCVS huwa li jsostni lill-għaqdiet volontarji fil-ħidma tagħhom fil-komunità.” Pace
Parascandolo kompla jgħid li dan il-proġett, li kien jilħaq dawn il-kriterji, kien mgħejjun permezz ta’ fondi taħt
l-iskema VOPS sabiex din l-inizjattiva, li bosta minna niftakru fi tfulitna titkompla. Il-Kap Eżekuttiv ikkonkluda
jgħid li “bl-għajnuna tal-fondi l-Fondazzjoni Sagħtar ser tkun qed tippubblika r-rivista “Sagħtar” bħala
pubblikazzjoni diġitali, aċċessibbli u aktar iffukata fuq l-aspett interattiv.”