Il-Ministeru

Viżjoni

Biex tħeġġeġ u timmotiva sfera soċjali inklussiva fejn il-kapaċitajiet ikunu fuq quddiem nett

Missjoni

Li ssaħaħ soċjetà komprensiva fejn kull individwu jiġi sfidat u mrawwem

Għanijiet

Niddiskutu b’mod attiv il-feedback mal-partijiet ikkonċernati kollha biex niżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet tal-persuni b’kapaċitajiet differenti

Nadottaw politiki li jirrispettaw diversi kapaċitijiet, integrità u jippromwovu l-kwalità tal-ħajja

Nippromwovu u ninkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-isport biex jiġu ottimizzati l-kwalitajiet tal-ħajja u r-rikreazzjoni

Ninkoraġġixxu opportunitajiet u programmi għall-parteċipazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp tat-talenti fis-settur taż-żgħażagħ

Valuri

Il-Ministeru jemmen

  • Li l-għanijiet jistgħu jinkisbu permezz ta’ diskussjoni attiva mal-partijiet interessati
  • F’soċjetà inklussiva fejn il-politiki u l-inizjattivi huma l-għodod li jwasslu għal bidla soċjali
  • Fis-setgħa tal-isport, l-integrità, il-kreattività u l-innovazzjoni