Ministru

Onor. Julia Farrugia Portelli

Biografija

L-Onor. Julia Farrugia Portelli sservi bħala Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja. Qabel serviet bħala Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u bħala Segretarju Parlamentari responsabbli għar-Riformi, iċ-Ċittadinanza, u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hija kienet responsabbli għal riformi maġġuri inklużi t-Traffikar tal-Bnedmin, ir-Riforma Kostituzzjonali, ir-Rappreżentanza Ugwali fil-Parlament u r-riforma tal-VOTE16. Ir-riforma tal-VOTE16 tibqa’ waħda mfakra peress li Malta kienet fost l-ewwel għaxar pajjiż fid-dinja li estendew id-drittijiet tal-vot għal żagħzagħ ta’ sittax-il sena.