PR220672: Ippreżentat ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ppreżentat ir-Rapport Annwali tagħha għas-sena
2021. Mir-Rapport Annwali jirriżulta li sal-aħħar ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni kellha rreġistrati magħha
21,392 persuna b’diżabilità, żieda ta’ 1,687 persuna fuq is-sena ta’ qabel. Mit-total ta’ persuni b’diżabilità
rreġistrati fl-2021, 17,014 persuna jirriżulta li għandhom diżabilità fiżika.
Għall-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali attendiet il-Ministru għall-Inklużjoni, Għaqdiet Volontarji u d-
Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli.
Kien spjegat li fl-2021, infetħu 422 każ mal-Kummissjoni u minn dawn ingħalqu b’suċċess 174 każ, jiġifieri
41.2%. Din iċ-ċifra teskludi n-numru ta’ każi li nfetħu dwar l-użu tal-blue badges. In-numru ta’ każi miftuħa fl-
2021 huwa 24% inqas meta mqabbel mas-sena 2019, proprju qabel il-pandemija COVID-19. Il-każi kollha li
kienu miftuħa mas-CRPD li kellhom x’jaqsmu mas-settur tas-saħħa kienu solvuti kollha. Mill-każi li kienu
miftuħa dwar housing, 82.4% ġew magħluqa.
Il-Ministru Farrugia Portelli qalet kif matul l-2021, is-CRPD rat kif il-messaġġ li pajjiżna jkun il-wiċċ talinklużjoni
mhux biss jasal bħala messaġġ iżda jissarraf fil-prattika b’mod tanġibbli. Hija rrimarkat kif matul l-
2021, kienet sena ta’ riformi għas-settur tad-diżabilità kif ukoll għall-Kummissjoni. Il-Ministru spjegat kif
“waħda mir-riformi importanti kienet li s-CRPD tissaħħaħ fuq livell regolatorju.” Fil-fatt, matul l-2021, beda lproċess
biex isir it-trasferiment tal-blue badges mill-Kummissjoni għall-Aġenzija Sapport. Dan il-proċess daħal
fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Il-Ministru kkonkludiet li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jagħti l-għodda neċessarja lill-persuni b’diżabilità
kif ukoll lill-entitajiet li jaħdmu qatigħ għal dawn il-persuni.
Min-naħa tagħha, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ Samantha Pace Gasan irrimarkat kif
is-sena 2021 kienet l-ewwel sena tagħha bħala Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u waħda millewwel
deċiżjonijiet tagħha kienet li tiltaqa’ mal-għaqdiet volontarji kkonċernati u d-disabled people organisations
kollha, kif ukoll ma’ numru sostanzjali ta’ fornituri tas-servizz. Hija spjegat kif dan wassal biex is-CRPD kellha
l-ewwel strateġija tagħha, bi prijoritajiet ċari, sabiex issaħħaħ il-vuċi tal-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex,
filwaqt li tiżgura li s-soċjetà Maltija tkompli tersaq lejn aktar inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità.
Fost affarijiet oħra r-Rapport Annwali jagħti ħarsa dettaljata lejn ħidmet it-taqsimiet li jiffurmaw il-
Kummissjoni. Matul l-2021, s-CRPD ippubblikat l-ewwel strateġija tagħha kif ukoll organizzat total ta’ 106
sessjoni ta’ taħriġ intitolat Disability Equality Training. Dan it-taħriġ ingħata lil aktar minn 1,750 persuna, żieda
ta’ aktar minn 700 ruħ meta mqabbel mas-sena 2020.