Is-Segretarjat Parlamentari

Missjoni

L-għan tas-Segretarjat Parlamentari għall-Organizzazzjonijiet tal-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Volontarjat huwa li jiżgura l-iżvilupp sħiħ tal-persuna permezz tal-isport, il-parteċipazzjoni u x-xogħol volontarju.

Is-Segretarjat Parlamentari għandu wkoll l-għan li jmexxi ‘l quddiem nazzjon lejn kultura ġdida ta’ attività fiżika u sportiva billi jippromwovi qafas inklużiv għall-parteċipanti fil-livelli kollha. Għandha l-għan ukoll li ddaħħal ġenerazzjoni ġdida ta’ atleti ta’ suċċess bl-awtokonvinzjoni li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fl-ogħla livell, filwaqt li tirrikonoxxi l-benefiċċji tal-attività fiżika biex ikollna nazzjon aktar b’saħħtu.

Funzjonijiet Ewlenin:

Nahdmu biex ikollna Malta aktar attiva u b’saħħitha

Nistimulaw kultura sportiva ġdida

Nitransformu Malta f’ċentru ta’ eċċellenza sportiva

Niksbu suċċess fil-kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali ewlenin